DISTRIBUZZJONI DINJIJA TA’ ĦWEJJEĠ TAL-MODA BL-AQWA PREZZIJIET
GĦAL AKTAR MINN 30 SENA.
Hawnhekk, għand Remys, il-passjoni li għandha għall-moda ilha toktor għal aktar minn 30 sena. Aħna
bbażati f’Londra u naħdmu mill-qrib ma’ bosta disinjaturi tal-moda ewlenin biex nipprovdulkom
kollezzjonijiet tal-moda bi stil u ta’ l-aqwa kwalità, li huma ispirati mit-tendenzi u l-kuluri ta’ l-istaġun.

Barra mid-ditti tagħna stess, għandna wkoll uffiċċju apposta fil-Lvant Imbiegħed biex inkunu nistgħu
niddisinjaw u nipprovdu kollezzjonijiet tal-moda bl-aqwa prezzijiet għall-ordnijiet fuq kuntratt u dawn
jitfasslu fuq il-ħtiġijiet speċifiċi tal-klijent .

Għażla Tajba – kull staġun 300 stil ġdid minn fejn tagħżel.

Prezzijiet Tajbin – bl-esperjenza tagħna fuq is-suq, nistgħu nipprovdu valur eċċezzjonali staġun wara
staġun mad-dinja kollha.

Kollezzjoni Tajba – L-aqwa ditti tal-moda – kollha stabbiliti għal aktar minn 10 snin.

DIVA  LA REINE APOLLO GLAMOUR GIRL WOODLAND  GIANNI VITTORRIO IRENA GYM
Żur il-websajts tagħna, li huma b’ħafna lingwi, biex tara aktar stili u ssib informazzjoni utli
għall-klijenti.

www.remysuk.com – għall-oġġetti li għandna fl-istokk u offerti speċjali għall-istaġun kurrenti

www.sensei-uk.com għall-handbags u aċċessorji
Tista’ tara l-kollezzjoni sħiħa fix-showrooms tagħna f’Londra jew fi kwalunkwe mill-fieri internazzjonali tal-
moda li huma elenkati.
INFORMAZZJONI GĦALL-KLIJENTI
Din il-websajt għandha l-informazzjoni kollha li teħtieġ biex tibda tirċievi ħwejjeġ tal-moda ta’ valur
eċċezzjonali.
1.        Tweġibiet għall-mistoqsijiet kollha tiegħek –
Mistoqsijiet frekwenti  

2.        Biex tirċievi l-kollezzjoni sħiħa tagħna ta’ katalgi u fuljetti għall-istaġun il-ġdid, jekk jogħġbok
ikkuntattjana.

3.        Informazzjoni dettaljata dwar l-istil – jekk jogħġbok imla l-formola ta’ domanda (inquiry form) u ikteb
in-numri ta’ l-istil u aħna mbagħad nibgħatulek e-mail bid-dettalji kollha dwar il-kuluri / daqs u l-
manifattura.

4.        Biex tordna minn fuq l-internet – sempliċement imla
l-formola ta’ l-ordni u aħna nibgħatulek e-mail
bil-konferma ta’ l-ordni u naġġornawk dwar id-disponibbiltà ta’ l-istokk.
L-istili kollha li huma elenkati huma disponibbli f’kaxxi ppakkjati minn qabel li għandhom għażla varjata
ta’ daqsijiet u kuluri tal-moda. Il-kwantità medja f’kull kaxxa hija ta’ 48 biċċa.
Għandek l-għażla li tixtri pakki ta’ nofs kaxxa li jkollhom sa 12-il biċċa biss.
Tista’ tixtri bl-euro (€),  bil-lira sterlina (£) jew bid-dollaru Amerikan ($) u l-prezz ikkwotat huwa għal biċċa
waħda u jeskludi l-ispejjeż tat-trasport. Jingħata trasport b’xejn għall-ordnijiet ta’ aktar minn 20 kaxxa
lejn id-destinazzjonijiet Ewropej ewlenin kollha, soġġetti għal termini u kundizzjonijiet.
Daqsijiet Speċjali
Biex nipprovdu għad-daqsijiet l-kbar, tista’ tixtri separatament għad-daqsijiet li jixirqu ma’ l-istil
adattat.
PLUS SIZE – għan-Nisa u King Size – għall-Irġiel
KAMPJUNI

Jekk ma tistax iżżur il-fieri internazzjonali jew ix-showrooms tagħna nistgħu nibgħatulek kampjuni.
Jekk jogħġbok imla l-formola ta’ domanda u niżżel in-numri ta’ l-istil ta’ liema tixtieq kampjuni.
Il-kampjuni jiġu ċċarġjati skond il-prezz tagħhom flimkien ma’ l-ispejjeż tal-courier u l-ħlas minimu
huwa ta’
£ 70/ € 110.00.

Il-kampjuni jridu jitħallsu qabel ma jintbagħtu jew b’karta tal-kreditu jew bi trasferiment bankarju.